______________________________________________________________
______________________________________________________________
L-GĦID IT-TAJJEB!
Il-qawmien ta’ Kristu huwa fundamentali għall-Kristjaneżmu (1 Korintin 15:1-4, 12-14) u (Rumani 10:9).
- Turi l-ġustizzja ta’ Alla li jeżalta lil Kristu għal ħajja ta’ glorja, hekk kif hu umilja lilu nnifsu sal-mewt. (Filippin 2:8-9)
- Il-qawmien temm il-misteru tal-fidwa u s-salvazzjoni tagħna; bil-mewt tiegħu Kristu ħelisna mid-dnub, u bil-qawmien Tiegħu rrestawra lilna l-aktar privileġġi importanti mitlufa bid-dnub. (Rumani 4:25)
- Aħna nagħrfu lil Kristu bħala Alla immortali, il-kawża effiċjenti u eżemplari tal-qawmien tagħna stess (1 Korintin 15:21) u (Filippin 3:20-21), u bħala l-mudell u l-appoġġ tal-ħajja ġdida tagħna ta’ grazzja. (Rumani 6:4-6, 9-11)
Kieku Kristu ma qamx, il-Fidi tagħna kienet tkun għalxejn (1 Korintin 15:14). Kristu ipprofetizza l-qawmien Tiegħu (Mattew 20:19), (Mark 9:19; 14:28), (Luqa 18:33) u (Ġwanni 2:19-22). Il-Mulej Rxoxt deher ħdax-il darba lid-dixxipli Tiegħu, u Pietru argumenta f’Pentekoste il-ħtieġa tal-qawmien ta’ Kristu. (Atti 2:24-28)
L-ubbidjenza ta’ Kristu għall-mewt assigurat il-fidwa tagħna, il-qawmien Tiegħu ħelesna dnubietna, is-sagrifiċċju Tiegħu ssodisfa l-ġustizzja divina, u demmu salvana. Il-qawmien tiegħu hu rahan tal-qawmien ta’ dawk kollha li jemmnu (Rumani 8:11), (1 Korintin 6:14; 15:47-49), (Filippin 3:21) u (1 Ġwanni 3:2).
It-Testment il-Ġdid jinsisti li t-twemmin fil-qawmien huwa premessa tal-fidi Nisranija. “Għax jekk tistqarr b’fommek li Ġesù hu l-Mulej u temmen f’qalbek li Alla qajmu mill-imwiet, tkun salvat.” (Rumani 10:9)
______________________________________________________________